Il-proġett ta’ restawr, manutenzjoni u estensjoni tal-Uffiċċju Amministrattiv tal-Kunsill Reġjonali tan-Nofshinar se jkun qed jara lil din il-binja storika tinbidel f’post ta’ livell li jixraq biex joffri servizz professjonali ta’ eċċellenza lill-Kunsilli Lokali fi ħdanu.
Ix-xogħol ta’ restawr fuq il-faċċata tal-bini amministrattiv tal-Kunsill Reġjonali tan-Nofshinar jinsab għaddej skont kif ippjanat. Ninsabu kburin li se nkunu qed nerġgħu nagħtu glorja lil din il-binja sabiħa u storika. Minn hawn se nkunu qed nagħtu servizz tal-ogħla livell lill-Kunsilli Lokali tagħna.