Din il-ġimgħa se jkun qed jibda proġett interessanti mill-Kunsill Reġjonali tan-Nofshinar flimkien ma’ Wot Art fejn se nkunu qed nagħmlu sessjonijiet ta’ taħriġ fl-arti u l-iżvilupp personali lil numru sabiħ ta’ studenti mir-reġjun. Nirringrazzjaw għall-kontribut u s-sehem tagħhom lill-Kulleġġ San Benedittu ta’ Ħal Kirkop, lill-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali u lill-NGO Happy Parenting Malta.