Accessibility Tools

March 6, 2024

Rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatt Soċjali


Nhar il-Ħamis 29 ta’ Frar 2024 il-Kunsill Reġjonali tan-Nofsinhar niedha l-ewwel rapport li jittratta il- valutazzjoni ta’ l-impatt Soċjali. Dan l-istħarriġ sar fuq assessjar kwalitattiv u kwantitattiv li jittratta  il-kwalità tal-ħajja u l-aspett ta l-integrazzjoni soċjali tar-residenti li jirresidu fil-lokalitajiet li jiffurmaw parti mir-Reġjun tan-Nofsinhar.  Ir-residenti kellhom l-opportunità li jesprimu l-fehma tagħhom dwar il-Kunsilli Lokali kif ukoll dawk Reġjonali.

Il-maġġoranza ta’ dawk li pparteċipaw f’dan l-istħarriġ iddikjaraw li huma sodisfatti bil-kommunitajiet tagħhom, għalkemm sostnew li jixtiequ jaraw aktar postijiet ta’ rikreazzjoni.   Ir-riċerkaturi ħadu ukoll l-opinjoni tas-Sindki u Kunsilliera mill-Kunsilli rispettivi u ta’ residenti ta’ diversi nazzjonalitajiet differenti.

B’riżultat ta’ dan l-istudju l-esperti kkonkludew billi resqu diversi rakkomandazzjonijiet fosthom sabiex jiġu indirizzati aspetti fejn jista’ jsir titjieb f’dik li hija l-kommunikazzjoni ta’ bejn il-Kunsilli u r-residenti.

Il-miżura sabiex  jitwettaq dan l-istudju hija xprunata mid-Direttiva 5/2019 li tagħti funzjonijiet ġodda lill-Kunsilli Reġjonali. Fis-sena 2022  ir-Reġjun tan-Nofsinhar kellu kompożizzjoni ġdida wara t-tibdil li sar fil-lokalitajiet li jiffurmaw parti minnu. Kawża ta’ dan it-tibdil il-Kunsill Lokali taż-Żejtun, Santa Venera, Marsaskala, Marsa u Marsaxlokk ġew jiffurmaw parti mir-Reġjun tan-Nofsinhar filwaqt li l-Kunsilli tas-Siġġiewi, Ħaż-Żebbuġ, Qrendi, Imqabba, Żurrieq, Kirkop u Safi ġew jagħmlu parti mir-Reġjun Punent.

Il-Kunsill Reġjonali kkummissjona dan l-istħarriġ  sabiex ikun iktar konxju tal-bżonnijiet tar-residenti kif ukoll ifassal strateġija li permezz tagħha jtejjeb l-operat tiegħu u jżid l-effiċjenza. Dan abbażi tax-xewqat espressi mill-kommunitajiet fi ħdanu. Għaldaqstant bl-informazzjoni miġbura l-Kunsill Reġjonali għandu għodda oħra għad-dispożizzjoni tiegħu sabiex ikun jista’ jilħaq l-objettivi tiegħu, dak li jipprovdi servizz aktar professjonali lill-Kunsilli Lokali. L-ewwel objettiv ġie milħuq permezz tal-ingaġġ tal-uffiċjali maniġerjali.  

Il-konferenza tmexxiet mill-moderatur is-Sur John Mallia u din ittellgħet b’koperazzjoni tal-fakultà tal-Benesseri Soċjali mil-Università ta’ Malta li kienet ukoll inkarigata sabiex tikkonduċi din ir-riċerka. Il-President tal-kunsill Reġjonali tan-Nofsinhar is-sur Jesmond Aquilina flimkien mas-Segretarju Eżekuttiv s-sa Mariella Strout jixtiequ jieħdu din l-opportunità sabiex jirringrazzja lil kull min ta’ s-sehem tiegħu sabiex tittella’ il-konferenza fosthom ir-riċerkaturi Sa Maria Gulia, Sa Stephanie Bugeja u Sa Ruth Mifsud immexxija mill-Profs Andrew Azzopardi, lill-parteċipanti, Direttur Marisa Pisani, Sindku Scott Camilleri, Sindku Dr Marija Sara Vella Gafa, Dr Maria Brown, Perit Beverly Costa u President Antoine Scicluna,  lil Ono. Parl. Segretarju Alison Zerafa Civelli li wkoll indirizzat din il-konferenza.


Sejħa Għall-Applikazzjoni / Call For Application

Sejħa Għall-Applikazzjoni / Call For Application

UFFIĊĊJAL MANIĠERJALI RESPONSABBLI MILL-WASTE MANAGEMENT / WASTE COORDINATOR MANAGER Jekk jogħġbok Ikklikkja fuq il-link hawn taħt biex tiċċekkja r-Rekwiżiti tax-Xogħol bil-Malti. Malti Għal aktar dettalji dwar id-dmirijiet u rekwiżiti tal-eliġibiltà marbuta ma din...

Jum Dinji taċ-Ċikkulata

Din il-ġurnata żgur mhux forsi hi milquha min bosta u ngħiduha kif inhi, min ma jħobbx iċ-ċikkulata?! Is-7 ta’ Lulju huwa l-jum fejn tiġi  ċċelebrata iċ-ċikkulata. Xi uħud jissuġġerixxu li f’din il-ġurnata ġiet introdotta ċ-ċikkulata fl-Ewropa fl-1550. Din...