Accessibility Tools

Il-Kunċert Xemx u Baħar

May 22, 2023

Il-Kunċert Muziko-letterarju Xemx u Baħar li ġie mtella’ bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali ta’ Santa Lucija kif ukoll bil-kollaborazjoni ta’ Pjazza Teatru Rjal. Kien kunċert muziko-lettararju fejn ingħata ġieh lil mużika Maltija. Dan il-Kunċert kellu d-direzzjoni mużikali tal-Mro Paul Abela, u kitba lirika tal-iskript tal-bravu Saviour Bianchi. Is-serata ġiet preżentata mill-bravi Antoinette Falzon u Glenn Chircop. Iż-żeffiena tant bravi li akkumpanjaw dan il-Kunċert Muziko-letterarju kienu mill-iskola taż-żfin Steps Ahead Dance Academy li tinsab Ħal Qormi.

Il-Kunċert muziko-letterarju propju kellu ismu imnebbaħ mill-istemma tar-Reġjun tan-Nofsinhar kif ukoll minn l-istemma ta’ Santa Lucija fejn propju sar dan il-Kunċert. It-titlu tal-Kunċert filfatt jirrifletti xemx li nsibu kemm fuq l-istemma tal-Kunsill ta’ Santa Lucija, kif ukoll fuq l-istemma tal-Kunsill Reġjonali tan-Nofsinhar. Il-Baħar jirrifletti ukoll mill-istemma tal-Kunsill Reġjonali tan-Nofsinhar kif ukoll il-lokalitajiet fi ħdan ir-Reġjun tan-Nofsinhar li jmissu mal-baħar bħal Birżebbuġa, Marsaskala u Marsaxlokk.

Rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatt Soċjali Nhar il-Ħamis 29 ta’ Frar 2024 il-Kunsill Reġjonali tan-Nofsinhar niedha l-ewwel rapport li jittratta il- valutazzjoni ta’ l-impatt Soċjali. Dan l-istħarriġ sar fuq assessjar kwalitattiv u kwantitattiv li jittratta...

Sejħa Għall-Applikazzjoni / Call For Application

Sejħa Għall-Applikazzjoni / Call For Application

UFFIĊĊJAL MANIĠERJALI RESPONSABBLI MILL-WASTE MANAGEMENT / WASTE COORDINATOR MANAGER Jekk jogħġbok Ikklikkja fuq il-link hawn taħt biex tiċċekkja r-Rekwiżiti tax-Xogħol bil-Malti. Malti Għal aktar dettalji dwar id-dmirijiet u rekwiżiti tal-eliġibiltà marbuta ma din...