Accessibility Tools

Il-Manuċċa ttir maż-Żmien

May 18, 2023

Il-Manuċċa ttir maż-Żmien, hi attivita li ttelgħat mill-Kunsill Reġjonali tan-Nofsinhar flimkien mal-Kunsill Lokali taż-Żejtun nhar is-6 ta’ Mejju fit-toroq u pjazzez prinċipali taż-Żejtun. Dawn it-toroq ġew mżejna bil-Manuċċi li ġew mgħamula mit-tfal tal-iskola primarja taż-Żejtun.

Din l-attivita tqassmet fuq 5 ġrajjiet li sawwru iż-Żejtun.

Il-Pjazza ta’ taż-Żejtun, ħdejn is-Salib, inbidlet fi żmien il-ħakma Franċiża biex tfakkar dak li seħħ 225 sena mill-attakka tal-Franċizi fuq din il-Pjazza u l-wasla tas-Salib li għadu jżejjen dan l-ispazju fiċ-ċentru taż-Żejtun.

Triq is-Salvatur, quddiem il-Kappella tas-Salvatur, inbdilet fi żmien l-Aħħar Ħbit mit-Torok biex tfakkar dak li seħħ fis-6 ta’ Lulju, 1614, bis-sehem ta’ Show of Arms.

Fi Piazza Santa Croce, ħdejn l-Għajn tal-Bhejjem, morna lura sa Zmien il-Kavallieri fejn tfakkar id-daħla tal-Gran Mastri de Rohan u Hompesch fiż-Żejtun.

Il-Pjazza taż-Żejtun, quddiem l-Oratorju inbidel fi żmien it-Tieni Gwerra Dinjija biex tfakkar dak li seħħ fit-2 ta’ Mejju, 1942 fi Zejtun, bis-sehem ta’ Battlefront Living History Group Malta. Kien hawn li ġew esebiti bċejjeċ li kienu jintużaw f’dan iż-żmien kif ukoll simulazjoni ta’ x’kien jiġri meta jkun se jsir xi air rajd.

Fi Triq San Luċjan, quddiem il-Kunvent tas-Sorijiet, waqt l-attività Il-Manuċċa ttir maż-żmien , inbidlet għal żmien l-Assedju l-Kbir biex tfakkar dak li seħħ fiż-Żejtun f’Mejju, 1565, bis-sehem ta’ Campagnia San Michele.

Rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatt Soċjali Nhar il-Ħamis 29 ta’ Frar 2024 il-Kunsill Reġjonali tan-Nofsinhar niedha l-ewwel rapport li jittratta il- valutazzjoni ta’ l-impatt Soċjali. Dan l-istħarriġ sar fuq assessjar kwalitattiv u kwantitattiv li jittratta...

Sejħa Għall-Applikazzjoni / Call For Application

Sejħa Għall-Applikazzjoni / Call For Application

UFFIĊĊJAL MANIĠERJALI RESPONSABBLI MILL-WASTE MANAGEMENT / WASTE COORDINATOR MANAGER Jekk jogħġbok Ikklikkja fuq il-link hawn taħt biex tiċċekkja r-Rekwiżiti tax-Xogħol bil-Malti. Malti Għal aktar dettalji dwar id-dmirijiet u rekwiżiti tal-eliġibiltà marbuta ma din...