Din il-ġurnata żgur mhux forsi hi milquha min bosta u ngħiduha kif inhi, min ma jħobbx iċ-ċikkulata?!
Is-7 ta’ Lulju huwa l-jum fejn tiġi ċċelebrata iċ-ċikkulata. Xi uħud jissuġġerixxu li f’din il-ġurnata ġiet introdotta ċ-ċikkulata fl-Ewropa fl-1550. Din l-attività annwali, tal-Jum Dinji taċ-Ċikkulata tmur lura għall-2009.
Hemm bosta pajjizi li jkabbru s-sigar tal-Kawkaw, imma l-akbar produzzjoni ta dil il- fażola tigi mill-punent tal-Afrika. Siġra tal-kawkaw tista ‘tgħix aktar minn 200 sena u fl-aħjar ta’ żmiena tipproduċi madwar 40 miżwed kull sena. Ġewwa l-imżiewed tal-kawkaw hemm żrieragħ imsejħa ful tal-kawkaw. Dawn iż-żrieragħ, marufgħa ukoll bħala Cocoa Bean, huma l-ingredjent maġiku fiċ-ċikkulata, ħelu u xorb. Din il-fażola tiġi maħsuda, iffermentata, imnixxfa u fl-aħħar inkaljata biex tieħu fond u tiżviluppa l-aromi kollha tal-kawkaw.
Fatt interessanti hu li din il-fażola kienet tinduza bħala flus. Il-Mayans u l-Aztecs kienu jieħdu ħsieb ħafna din il-fażola u kienu jħallsu għall-ikel, ħwejjeġ, taxxi, rigali, u offerti lill-allat tagħhom. Li jkollok but mimli fażola kien bħal meta jkollok kartiera mimlija flus kontanti. Għal dan il poplu il-flus verament kienu jikibru fuq is-siġar!