Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tat-titlu bħala tar-Reġjun tal-Kultura tan-Nofsinhar, il-Kunsill Reġjonali tan-Nofsinhar ħaseb biex itella’ kunċert li fih jgħati gieh lil mużika Maltija. Għalekk il-Kunsill Reġjonali tan-Nofsinhar inagħaqad flimkien ma’ Pjazza Teatru Rjal biex tella’ kunċert bl-isem ta’ Xemx u Bahar fi Ġnien is-Serenita f’Santa Luċija.
F’dan il-kunċert li sar bis-sehem tal-kantanti Olivia Lewis, Ludwig Galea, u Lawrence Gray, ingħata gieh lil 4 pilastri tal-mużika maltija li marru jiltagħqu mal-ħallieq. Dawn kienu:
- Carmen Tanti mill-grupp Greenfields li għexet propju f’Santa Venera li tifforma parti mir-Reġjun tan-Nofsinhar
- Enzo Gusman li ħadem għal żmien twil f’Ħal Qormi u jingħad li kiten il-kanzunetta fil-Pjazza tar-Raħal propju msejsa fuq Ħal Qormi
- Toni Gauci l-Kampanjol li kellu restaurant fil-Qajjenza,
- Kif ukoll lil Frans Baldacchino ,‘il-Budaj’, Mwieled iż-Żejtun