Pittura li tinsab fil-Bini Amministrattiv tal-Kunsill Reġjonali tan-Nofshinar li turi l-irvellijiet tal-Maltin tal-1919 li bdew fis-7 ta’ Ġunju fil-Belt Valletta u ntemmu fl-10 ta’ Ġunju eżattament quddiem id-dar li llum isservi bħala l-Bini Amministrattiv. L-artist hu s-Sur Francis Cassar li hu wieħed mill-aħħar residenti li għexu f’din id-dar.